05:17
lawgen123

Li tqegħedni fuq il-Lemin.
Kristu Sultan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Għandi ħafna difetti, Mulej, imma privileġġi ta’ preċedenza ftit jinteressawni. Naħseb ilu li għadda żmienhom. Imma dal-privileġġ jinteressani ħafna, Mulej. Allaħares insib ruħi fuq ix-xellug fi tmiem ħajti għax nispiċċa misħut imkeċċi minn quddiemek mixħut fit-tbatija ta’ dejjem. Nixtieq nispiċċa fuq il-lemin tiegħek, Mulej, imqar imsallab maġenbek basta l-Missier iberikni basta ddaħħalni fis-saltna basta tagħtini l-ħajja ta’ dejjem. Kemm nixtieq ngħaddi minn dan l-eżami, Mulej. Tort tiegħi jekk le. Il-karta tajthieli bil-quddiem. Mhix impossibbli. Tridni nara lilek fl-iżgħar fost ħutek nagħtik servizz fihom inħobbok fil-persuna tagħhom. Tiegħek hi Saltna ta’ mħabba, Mulej. Mulej, sempliċi imma mhux faċli. Kultant diffiċli nħobb lilek għax ma narakx. Kultant diffiċli nħobb lill-oħrajn għax narahom wisq drajthom iżżejjed m’għadhomx jimpresjonawni. Kabbarli l-fidi tiegħi fik, Mulej. Agħmel li għalkemm ma narakx, nemen fik b’fidi ħajja. Agħmel li narak fix-xbiha fqajra ta’ ħuti midinba fil-wiċċ imnikket tal-ġroxxmu mbikki fl-id tittallab ta’ persuni fil-bżonn. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li tqegħedni fuq il-lemin li ddaħħalni f’Saltnatek li tagħżilni man-nagħaġ tiegħek. Mhux għax jistħoqqli, Mulej, imma għax bl-għajnuna tiegħek stess inkun issodisfajt il-kundizzjoni li għamiltli. Ragħaj tajjeb tiegħi, ftakar fija mis-Saltna tiegħek Ħu ħsiebi ….. biex nieħu ħsieb l-oħrajn.

379